Cassola qed ikun diżonest
Updated: Sep 21
Arnold Cassola tal-Partit tal-Ħodor qiegħed ikun diżonest dwar Toni Abela għax jaf eżatt x’ġara u minn fuq qed jipprova jwaħħal f’Cyrus Engerer. Arnold Cassola jaf kemm hu integru Toni Abela u jmissu joqgħod lura milli jagħmel statements bħal dawn bħala parti minn montatura politika li qed jagħmel il-PN.
Jekk irid ikun onest, Cassola għandu jgħid x’kienu l-manuvri li saru minn wara dahar Toni Abela għaliex bla dubju li jaf il-verita.
Jaf min kienu in-nies midħla tal-PN, ta’ Richard Cachia Caruana, ta’ David Casa u Roberta Metsola li ħadmu kontra n-nomina ta’ Malta għall-Qorti Ewropea tal-Awdituri.
Comments