Ċedoli tal-falliment, anqas minn 10 partitarji kkonkorrew
Updated: Sep 21
Sa issa falliet kompletament l-iskema taċ-ċedoli li l-PN nieda fil-ġimgħat li għaddew biex bl-aktar mod sigriet jiffinanzja l-operat tiegħu u jħallas id-dejn. Sorsi fid-Dar Ċentrali jgħidu li kien hemm anqas minn 10 ċedoli ta’ €10,000-il waħda li ttieħdu mill-partitarji Nazzjonalisti minkejja l-isforz li sar biex in-Nazzjonalisti jikkonkorru.
Is-swaba qed jippontaw kollha lejn Ann Fenech li hija l-persuna responsabbli minn din l-iskema li kienet ikkritikata għaliex hija ż-żerriegħa tal-korruzzjoni, kif iddiskreviha tajjeb il-Ministru Evarist Bartolo fil-Parlament.
Miegħu qabel Simon Busuttil meta nhar il-Erbgħa li għadda fil-Parlament stess, wara li tkellem il-Ministru tal-Edukazzjoni u ddeskriva hekk l-iskema tal-PN, Simon Busuttil qal “naqbel perfettament ma’ kull kelma li qal Evarist Bartolo”.
Jekk Simon Busuttil jaqbel li l-iskema taċ-ċedoli hija ż-żerriegħa tal-korruzzjoni, għaliex qed iħalliha għaddejja?
L-iskema qed titlob lil partitarji nazzjonalisti ‘isellfu’ €10,000 lil PN b’imgħax ta’ 4% fuq medda ta’ snin. Il-Rapporti li l-PN għandu €22 miljun dejn qatt ma kienu miċħuda mid-Dar Ċentrali.
Comments