Charles Saliba telaq ukoll
Updated: Sep 21
Il-kordinatur tal-programmi ta’ Radio 101 Charles Saliba ħabbar fuq Facebook li rreżenja mill-kariga tiegħu b’effett immedjat. Minn għada l-ewwel ta’ Lulju xi ħadd ieħor se jkun qed jikkordina l-programmi ta’ Radio 101.
Charles Saliba huwa xandar veteran li inagħqad mar-radju tal-PN ftit wara li fetaħ fl-1992.
Huwa kiteb li hemm “raġunijiet personali” wara r-riżenja tiegħu b’effett immedjat. Dawn ir-raġunijiet personali ma għandhom x’jaqsmu xejn ma’ saħħa, hemm raġunijiet personali oħrajn bħal nuqqas ta’ qbil ma’ ċertu deċiżjonijiet li qegħdin jittieħdu u kif qegħdin jittieħdu bħalissa.
Interessanti li f’kumment ieħor li għadda fuq Facebook qal li sakemm jippermettu ċ-ċirkostanzi se jibqa’ jippreżenta programm.
Comments