top of page

Cheerleader ta’ udjenza vulgari

Archive
Mar 12, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Norman Vella, ħaddiem tal-gvern li għandu blog u programm fuq Net TV kien iċ-cheerleader tan-Nazzjonalisti waqt il-programm Xarabank li ddiskuta l-ewwel tliet snin ta’ dan il-gvern. Vella kien mal-Viċi Kap Mario de Marco billi ma kienx hemm ħadd mill-uffiċċju informazzjoni tal-PN jakkumpanja lil Viċi Kap. Is-soltu jkun hemm Matthew Bonett il-Kap tal-Uffiċċju Informazzjoni jew xi uffiċjali oħra.

Minkejja l-folla li ġab miegħu il-Viċi Kap u kif kienu mqassmin il-mistiedna tal-programm, Mario de Marco, għalkemm ipprova jilgħab il-karta tas-simpatija xorta ma impressjonax.

Ix-xogħol ta’ Norman Vella waqt il-programm kien li jieħu ħsieb il-folla tal-PN u jidher fir-ritratti ikellem lin-Nazzjonalisti waqt li l-programm ikun wieqaf għar-reklami.

F’ħin minnhom waqt id-diskussjoni, il-preżentatur Joe Azzopardi kellu jwiddeb lil PN li jekk ma kienux se jġibu ruħhom ta’ nies kien se jkeċċihom ‘il barra.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page