top of page

Chris Said jikkonferma li intervjena direttament f’għoti ta’ fondi pubbliċi , iżda ma jridx jassumi responsabilta’ politika

Archive
Jul 8, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

F’konferenza tal-aħbarijiet, l-eks-Segretarju Parlamentari Nazzjonalista Chris Said ammetta dak li stabilixxa r-rapport tal-Awditur Ġenerali, jiġifieri li qabeż l-istrutturi legali sabiex jagħti fondi pubbliċi bl-ebda kriterji stabbiliti mil-liġi, ħlief b’diskrezzjoni tiegħu biss. Skont id-Deputat Nazzjonalista, m’hemm xejn ħażin anke li kien hemm intervent biex jingħataw fondi żejda n-Nadur fi żmien li ħuh kien Sindku.

L-ispjegazzjonijiet li ta’ Chris Said huma l-istess spjegazzjonijiet li diġa’ ingħataw lill-Awditur Ġenerali , liema spjegazzjonijiet ma ntwemmnux mill-Awditur tant li fir-rapport intqal lli l-uffiċju tal-Awditur għandu r-riċervi fuq dak li spjega Chris Said . Fir-rapport jingħad hekk:

‘Nevertheless, the NAO maintains an element of reservation, as documentation reviewed indicated that the PS LC ‘s involvement occasionally impinged on the independence of the Evaluation Committees’.

Chris Said hu Shadow Minister għal Għawdex, fejn bħalissa hemm każ gravi quddiem il-Qorti li jinvolvi eks Ministru Nazzjonalista dwar użu abbużiv ta’ fondi pubbliċi għall- voti. Żgur li dan l-aħħar każ f’ħoġor Chris Said ma jirriflettix tajjeb fuq il-mod ta’ kif il-Partit Nazzjonalista jħares lejn Għawdex.

Ta’ min jgħid li l-Partit Nazzjonalista mhux qed jirrispetta l-anqas mill-Oppożizzjoni ir-rapport teigħu stess fuq il-governanza li jgħid li

‘Good governance requires the responsible use of public funds and public property. Sound financial management should be based on the principles of economy, efficiency and effectiveness’.

F’dan il-każ il-kriterju ta’ jekk jintużawx fondi pubbliċi jew le kienet biss a bażi ta’ dak li jiddeċċiedi Chris Said .

Issa li Chris Said b’mod ċar waqt konferenza tal-aħbarijiet, qal li mhuwiex biħsiebu jassumi responsabbiltà politika fuq il-kundanna tal-Awditur Ġenerali, il-ballun jinsab f’saqajn Simon Busuttil , li s’issa dejjem aġixxa b’double standards ma’ dawk li huma parti mill-klikka tieghu, u dawk li m’humiex.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page