Chris Scicluna il-link bejn Salvu Mallia w il-PN
Updated: Sep 21
L-artiklu fuq din il-website dwar Salvu Mallia irrita lil PN. Illejla fetħula għax qalu attakkajna lil Salvu Mallia. Sempliċiment diffiċli jitwemmen meta qed jitkellem issa dwar dawn l-affarijiet billi fl-amministrazzjoni preċedenti kien hemm skandli u korruzzjoni bil-fatti li qatt ma semmihom fil-programmi li kien ikun mistieden għalihom.
Dak iż-żmien ma kellux il-programm tiegħu fuq ix-xandir tal-istat, iżda kien ikun mistieden f’għadd ta’ programmi biex jikkummenta fuq dak kollu li jaqa’ taħt il-kappa tax-xemx. Kien jaf fuq kollox barra l-fuq il-korruzzjoni bil-fatti li kienet għaddejja. Ewlieni fosthom fl-iskandlu tax-xiri taż-żejt fejn għadd ta’ persuni tressqu l-Qorti.
Illum Salvu Mallia ħass li kellu jiftaħ ħalqu u jidħol fil-politika, jista’ jkun minħabba l-ħbiberija li għandu ma’ ċertu Chris Scicluna. Ħbieb sew u ġieli siefru wkoll flimkien. Chris Scicluna kien fost dawk li mexxew il-kampanja ta’ Simon Busuttil biex jinħatar kap.
Għadu viċin tal-Kap tal-Oppożizzjoni u ħabib sew ukoll ta’ Kristina. Chris Scicluna qed jgħin lil PN minn wara l-kwinti minħabba n-negozju li hu nvolut fih fil-qasam tal-marketing.
Comments