top of page

Ċittadin privat lura fil-politika … Kelliem fil-mass meeting tal-Ħadd

Archive
Mar 2, 2016
2 min read

Updated: Sep 21

Illum huwa ċittadin privat, imma ma jistax joqgħod lura mis-suġġett tal-korruzzjoni. Taħt ir-responsabbilita tiegħu, il-kultura tat-tixħim fix-xiri taż-żejt mill-Enemalta saret l-ordni tal-ġurnata. Kien jintqal li jekk ma kontx ixxaħħam, ma kellekx ċans tieħu kuntratt.

Austin Gatt kien il-Ministru li taħtu l-ikbar

procurment

tal-Gvern kien isir b’minuti ta’ tħażżiż li lanqas issib fi klabb tal-ħamiem. Kienu jitħallsu mijiet ta’ eluf ta’ ewro f’

commissions

fi żmien meta ma kien hemm ebda

policy

għax-xiri taż-żejt u meta ntrebħu kuntratti minkejja li l-offerti daħlu wara li għalaq il-ħin permessibbli.

L-Enemalta taħt il-PN, fi kliem il-kap eżekuttiv ta’ dak iż-żmien David Spiteri Gingell, kienet mitluqa, żarmata u f’qagħda mwera.

Il-kumpanija Totsa, li rebħet kuntratti anke meta ma kelliex l-aħjar offerta, kienet rappreżentata f’Malta minn George Farrugia li b’kunfidenza jirreferi għal Austin Gatt bħala ‘AG’ u ‘Aust’.

L-eks Ministru kellu wkoll laqgħat ma’ George Farrugia fl-uffiċju tal-kostitwenza u kienu jiltaqgħu wkoll fil-festa ta’ San Gejtanu. Dan Farrugia kellu wkoll kuntatt kontinwu maċ-chairman tal-Enemalta Tancred Tabone li, b’kumbinazzjoni, huwa l-kuġin ta’ Austin Gatt.

Ħafna mill-flus tat-tixħim fl-iskandlu taż-żejt kienu jidħlu fl-Iżvizzera, il-pajjiż fejn Austin Gatt kien nesa jiddikjara li kellu kont bankarju.

Pajjiżna kellu jmur għall-gass fil-ġenerazzjoni tal-elettriku iżda, taħt Austin Gatt, għażel li jibqa dipendenti fuq iż-żejt. Manager tal-Enemalta kien attribwixxa din l-għażla għal

lobby

qawwi li kellu interess finanzjarju. Biex Malta baqgħet fuq iż-żejt, inbidlet deċiżjoni tal-kabinett u nbidlet il-liġi ambjentali biex tinxtara powerstation minn fuq Yellow Pages li taħdem bil-

heavy fuel oil

.

L-Awditur Ġenerali kien fisser l-iskandlu taż-żejt bħala wieħed li jkisser il-prinċipji tat-trasparenza u l-governanza ġusta. Fejn iridu jinsewhom dawn ir-rapporti tal-Awditur.

Imma għall-Partit Nazzjonalista ta’ Simon Busuttil, Austin Gatt issa huwa “ċittadin privat” u għalhekk m’għandux għalfejn iwieġeb, iżda huwa ideali biex nhar il-Ħadd jindirizza l-mass meeting li se jsir il-Belt.

Id-diskors tiegħu ikun mistenni wara ta’ Giovanna Debono.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page