top of page

Claudette Buttigieg tibla’ kollox, tħawwad fil-prezz tal-panini gluten free

Archive
Jun 14, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Li kieku qabel fetħet ħalqha fil-Parlament ħadet il-briga li tmur f’wieħed mill-Bakery Shops tar-raħal tagħha, in-Naxxar, u tara sewwa sew kemm jiswew il-Panini Gluten Free, ma kienetx terga’ taqa’ għaċ-ċajt fil-Parlament bħalma għamlet il-bieraħ.

Xi ħadd bellegħielha li 6 panini Gluten Free qed jinbieghu ghall-prezz ta’ €5 u qamet tgħidha fil-ħin tal-mistoqsijiet fil-Parlament.

Fil-fatt pakkett ta’ 4 panini ta’ ditta lokali li għanda Bakery Shop in Naxxar jinbiegħ €2.45. Jiġifieri, sitt panini Gluten Free li Claudette Buttigieg qalet jiswew €6 fil-fatt jiswew €3.67.

Il-Ministru Chris Fearne, li kien obbligat iwieġeb irrispodiha b’mod pulit u qal li issa li qed jiżdiedu ħafna dawn il-prodotti fis-suq, jippretendi li l-prezz għandu wkoll jitbaxxa. Kif fil-fatt qed isir.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page