Claudette ma tafx x’hemm fil-qasam tas-saħħa
Updated: Sep 21
Is-servizz ta’ One News fi-jiem li għaddew mhux biss wera li Claudette Buttigieg għamlet allegazzjonijiet bla ma ssostanzjathom, iżda jidher biċ-ċar ukoll illi ma tafx x’jaqa’ taħt il-qasam tas-saħħa meta qalet li s-servizzi tal-kura primarja ma humiex parti mill-portafoll tas-Segretarjat Parlamentari ta’ Chris Fearne, iżda jaqgħu taħt il-Ministeru tal-Politika Soċjali.
Din minn fejn ġabitha Claudette?
Jiġifieri wara sena Shadow Minister tas-saħħa ma tafx li l-kliniċi u servizzi ohra li jingħataw fil-komunita bħala parti mill-kura primarja jaqgħu taħt is-sahha?
Mela x’kienet qed tagħmel?
Araw l-aħħar parti ta’ dan is-servizz u ippruvaw ifhmu. #MaTitwemminx
Comments