Claudette tallega u tħawwad
Updated: Sep 21
Claudette Buttigieg qalet fil-Parlament li l-Gvern qed isolvi l-problema tal-mediċi
out-of-stock
bil-korruzzjoni. Fil-Parlament , it-Tnejn Claudette Butigieg qalet li l-prattiċi wżati biex il-pazjenti jsibu l-mediċini
“
qed iwasslu g
ħ
al
ħ
afna iktar u iktar g
ħ
al prassi dubbju
ż
a biex ma ng
ħ
idx korrot
t
a
’.
Jekk trid tgħid li hemm il-korruzzjoni fix-xiri tal-mediċina ikun aħjar li ġġib il-provi flok tibqa’ sejra b’din il-kantaliena ta’ korruzzjoni.
Jekk trid li tiċċekkja l-fatti qabel tibda titkellem u tagħmel allegazzjonijiet simili tista’ tibda billi titkellem mal-kuġin ta’ Simon Busuttil. Malajr tkun taf kif dan il-gvern qed jixtri l-pilloli u naqqas il-lista ta’ mediċini out of stock.
Tajjeb jingħad illi fl-ewwel 3 xhur tal-2013 il-gvern sab li kien ikun hemm medja ta’ 197 mediċina
out-of-stock
fil-ġimgħa.
Fl-2014 il-medicini
out-of-stock
naqsu biex kien hemm medja ta’ 50 mediċina nieqsa fil-ġimgħa.
Fl-2015 kien hemm 26 ġimgħa fejn ma kien hemm ebda mediċina
out-of-stock
u meta fil-bqija tas-sena kien hemm massimu ta’ erba’ mediċini f’ġimgħa
out-of-stock
.
Apparti hekk, s’issa traħħsu 85 mediċina. Roħs fil-prezzijiet li varja bejn 1% sa 65%. Fosthom roħs sostanzjali fuq mediċini użati għat-trattament ta’ tipi differenti ta’ kanċer bħal dak tas-sider u l-musrana l-kbira. Tpoġġew ukoll fuq is-suq 239 mediċina ġdida ġenerika li tħalli l-istess effett fuq il-pazjent u tinbigħ bi prezz ferm orħos.
Araw dan is-servizz biex taraw lil Claudette tħawwad.
Issa wasal iż-żmien li Claudette Buttigieg tgħidilna x’bi ħsiebha tagħmel fil-qasam tas-saħħa. Kif se tagħmel biex jekk tkun Ministru tas-Saħħa il-mediċini
out-of-stock
ma jerġgħux jiżdiedu bħalma kienu taħt GonziPN
Comments