top of page

Claudette tibla’ kollox

Archive
Feb 27, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Kull ma jgħidula tagħmlu fatta. Claudette Buttigieg tibla’ kull ma jiġu jsefsfula f’widnejha. Mistoqsija Parlamentari mwieġba fil-jiem li għaddew hija prova ċarissima kemm titkellem mingħajr ma tivverifika l-affarijiet.

Xi ħadd li ma jifhimx ħaseb li security seals mal-bibien tal-isptar il-ġdid tal-Onkoloġija kienu tie clips li qed iżommu l-fire exists magħluqin u mar qalla.

Flok ivverifikat, fajret mistoqsija parlamentari li qed nirriproduċi hawn isfel.

Seduta Numru:

359 – 22/02/2016

Titlu: Sir Anthony Mamo Oncology Centre (SAMOC) – fire exits

Mistoqsija Numru 23246: L-ONOR. CLAUDETTE BUTTIGIEG

Jista’ l-Ministru jgħidgħalfejn il-

fire exits

fis-SAMOC huma marbuta bit-

tie backs

u mhux b’xi tip ta’

lock

kif titlobil-liġi? F’każ ta’ inċident serju fejn il-pazjenti u l-i

staff

iridu jaħarbu mill-

fire exits

, min se jkollu l-għodda neċessarja biex jaqta’ dawn it-

tie backs

? Ma jaħsibx li dawn it-

tie backs

immorru kontra r-regolamenti tas-saħħa u s-sigurtà u jpoġġu riskju żejjed fuq pazjenti lihuma vulnerabbli ħafna?

Data:

12/02/2016

Twegiba:

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi dak li hi qed tirreferi ghalihom bhala “tie backs” fil-fire exits fl-Isptar Sir Anthony Mamo huma fil-fatt security seals innumerati. Dawn is-security seals huma skond ir-regolamenti tas-sahha u sigurta u ma jimpedixux l-uzu ta’ dawn il-bibien kif u meta jkun hemm bzonn.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page