top of page

Cremona kellu każ ieħor li baqa’ mistur fl-għassa ta’ Ħal Qormi

Archive
Aug 17, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Ftit taż-żmien ilu l-Pulizija li ta daqqa ta’ ħarta lil turist kellu każ ieħor li baqa’ mistur fl-għassa tal-Pulizija ta’ Ħal Qormi. Il-każ ġara f’Marzu aktar kmieni din is-sena meta fi stabbiliment f’Ħal Qormi kien għaddej party u xi ħadd mir-residenti li joqgħodu fil-viċinanzi lmenta mill-istorbju għal ħabta ta’ nofs il-lejl.

Wara li marru l-Pulizija fuq il-post kien hemm il-persuna li għamlet l-ilment u fil-pront mil-bar ħareġ raġel li lletika mar-resident. Dan ir-raġel li kkopera mal-Pulizija.

Iżda ftit wara ħareġ raġel ieħor mil-bar li kien aktar agressiv u waqt li gaħmel allegazzjonijiet, bgħat lir-residenti jeħduh ‘l hemm u ‘l hawn.

Ir-raġel ma kkoperax mal-Pulizija u qal li ma jistgħux jittieħdu passi kontrih.

Aktar tard dan ir-raġel kien identifikat bħala Mark George Cremona u l-każ waqaf hemm.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page