Ċuċata oħra kbira minn Claudette Buttigieg
Updated: Sep 21
Il-bieraħ fil-Parlament ix-Shadow Minister tas-Saħħa Claudette Buttigieg reġgħet għaffġitha. Qalet li dan il-gvern solva l-problema tan-nuqqas ta’ soddod fil-kuriduri, għax qed jitfa’ l-pazjenti fl-imħażen tal-Mater Dei.
Kellu jkun dan il-gvern li fil-fatt żied l-ammont ta’ soddod b’madwar 90 biex għall-ewwel darba wara ħafna snin din is-sena, ma kellnix il-problema ta’ pazjenti fil-kuriduri.
Il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne, li tkellem wara Claudette Buttigieg irrispondiha mill-ewwel u qal li l-imħażen tal-Mater Dei ma hemmx post għax mimlijin bil-mediċini. il-gvern ta’ qabel seta’ jitfa’ l-pazjenti fl-imħażen għax kienu jkunu vojta.
Comments