Dak li l-PN qalu li hu biss “ħolm fl-arja” sar realta’ fl-arja!
Updated: Sep 21
Illum kien inawgurat servizz ta’ Air Ambulance bejn Għawdex u Malta. Il-ħelikopter se jibda jopera fil-ġimgħat li ġejjin sakemm ikun mgħammar bl-apparat mediku kollu meħtieġ.
Dan is-servizz jagħmel parti minn €220 miljun li Vitals Global Healthcare qiegħda tinvesti fis-settur tas-saħħa u li għandu jbiddel kompletament is-servizz tas-saħħa f’Għawex minn kif jingħata llum fost id-dubji kbar li qed tipprova tqajjem l-Oppożizzjoni li s’issa għad ma ħabbret ebda pjan konkret dwar is-servizz tas-saħħa.
Sa ftit tax-xhur ilu, Claudette Buttigieg l-anqas kienet taf li s-settur tal-Kura Primarja jaqa’ taħt il-qasam tas-Saħħa, aħseb u ara kemm tista’ toħroġ bi proposti biex ittejjeb is-servizz.
Comments