Daqs Claudette gwapp fis-saħħa
Updated: Sep 21
Għandu Shadow Minister għas-Saħħa tgħid ċuċata wara l-oħra, imma hu jidher li daqsha gwapp. Il-bieraħ fil-Parlament Simon Busuttil ma kienx jaf li l-gvern tiegħu kien daħħal restrizzjonijiet fuq kemm jiggradwaw infermiera.
Fl-2006 Gvern Nazzjonalista daħħal restrizzjonjiet fuq il-kors tan-nursing fl-Universita, li wassal biex għal snin in-numru ta’ infermiera li jiggradwaw naqas drastikament. Il-kors kien qed ikun miftuħ għal madwra 30 student biss u llum hawn nuqqas ta’ nurses. Daqshekk kienet tħares ‘il quddiem il-viżjoni tal-PN fis-saħħa.
Meta l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne semma’ dan il-fatt fil-Parlament Simon Busuttil qarras wiċċu u nstema’ jgħid li mhux vera li Gvern Nazzjonalista għamel numerus clausus. Għax huma hekk jgħidulha biex jattakkaw lill-Labour.
Meta qal hekk wera li ma jafx l-affarijiet għalix ir-restrizzjonjiet fuq il-kors Universitarju tan-nursing dam għal numru ta’ snin.
Aktar minn 3,000 infermier illum m’humiex biżżejjed tant li qed issir drive biex aktar zghazagh jithajjru jiehdu karriera fin-nursing.
Comments