David Casa midħla ta’ Beppe
Updated: Sep 21
Id-Deputat Parlamentari Ewropew David Casa hu fost il-persuni midħla ta’ Beppe Fenech Adami. F’dan ir-ritratt jidher qiegħed hdejn il-Viċi Kap malli ħareġ mill-isptar is-sena li għaddiet wara operazzjoni li saritlu. Nies qrib David Casa kienu wara l-orkestrazzjoni li kien fil-Parlament Ewropew kontra Toni Abela biex ma jinħatarx membri tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri.
Nifhmu li Beppe Fenech Adami kien konsapevoli ta’ dak kollu li kien għaddej fi Brussell fl-aħħar ġimgħat anke minħabba l-fatt li apparti l-ħbiberija ma’ Casa, kien hemm ukoll nies leali lejn Richard Cachia Caruana fi Brussell li kienu involuti fit-tixwix kontra Malta.
Għalhekk Cachia Caruana huwa il-link bejn Beppe Fenech Adami fid-dar Ċentrali u David Casa fi Brussell.
Comments