David Thake jibqa’ b’ħalqu magħluq ħlief biex ixewwex kontra Ira Losco
Updated: Sep 21
Il-portavuċi tal-PN u kandidat David Thake baqa’ ħalqu magħluq wara skambju mal-Boċċa fuq Twitter li fih Andrew Borg Cardona għajjar “bitch” lil Ira Losco u “motherfucker” lil Prim Ministru. Baqa’ ħalqu magħluq wara l-kontroversja li nqalgħet għax biex ikompli mal-kritika tat-Times tella’ post fuq Facebook.
La kkundanna l-kliem oxxen ta’ sieħbu li mingħalih emminnih li kien qed jibgħatlu private message u l-anqas għamel apoloġija li kien parti minn dik il-konversazzjoni krudili fil-konfront tal-kantanta Maltija u l-Prim Ministru.
Anzi fetaħ ħalqu biex ikompli jxewwex kontra Ira Losco u fuq il-Facebook tiegħu qiegħed jitkaża li l-PBS għandu “limitless budget” (aħbar miċħuda) għal Ira Losco u jipprova jġib l-eżempju illi jgħid li l-gvern b’budget bla limitu għal Ira Losco u jkollna nagħtu donazzjonijiet għat-trattament tal-morda.
Jekk dan mhux tixwix, mela jien ma nafx x’inhu tixwix.
Intant wara li kiten hekk, kiteb ukoll li jixtieq li Ira Losco tirbaħ il-Eurovision. Mur emmnu!
Comments