Deputati tieghu ma jemmnux li Simon hu wicc gdid fil-politika
Updated: Sep 21
Simon Busuttil ghandu problema ta’ kredibbilta u dan johrog minn kull stharrig ta’ opinjoni pubblika li jsir. Id-Deputati tieghu stess mhux qed jemmnuh li hu wicc gdid fil-politika kif qed jipprova jaghti l-impressjoni.
Ftit jiem wara l-elezzjoni generali ta’ Marzu 2013, Robert Arrigo kien kiteb fuq Facebook li wara r-rizultat tal-elezzjoni l-Kap tal-Partit biss Lawrence Gonzi, dak iz-zmien u s-Segretarju Generali ta’ dak iz-zmien Pawlu Borg Olivier biss refghu ir-responsabbilta taghhom.
Qal ukoll “ohrajn ghandhom jiehdu l-ezempju taghhom fil-jiem li gejjin u mhux joqghodu jgibu skuzi li ghadhom godda fil-politika. Ghandna bzonn bidla totali u shiha biex nirrimedjaw ghad-dizastru li garrabna”.
Ir-referenza ghal Simon Busuttil f’dak li kiteb Robert Arrigo hija cara daqs il-kristall. Biex jikkonvinci l-elettorat li huwa wicc gdid, l-ewwel irid jikkonvinci lil ta’ madwaru mbaghad jibda jara kif se jikkonvinci lin-nies, ghalkemm difficli biex xi hadd bhal Simon Busuttil jinqata’ mil-PN. Robert Arrigo stess jirreferi ghalih bhala parti mill-klikka tal-PN.
F’din il-klikka Simon Busuttil serva bhala Membru Parlamentari Ewropew, serva bhala Delegat Specjali tal-Prim Ministru u serva wkoll bhala Vici Kap tal-Partit, apparti li kiteb zewg programmi elettorali li wiehed minnhom kien sfiducjat bil-kbir.
Comments