Diana oħt Simon kienet arrestata wara li vvandalizzat il-karozza ta’ żewġha u aggrediet persuni oħrajn
Updated: Sep 21
L-att vandalu mal-karozza Mercedes griża ma kienx kontra l-familja Busuttil Bajada iżda sar minn Diana Busuttil stess u l-karozza hija ta’ żewġha. Il-koppja bħalissa għaddejja minn proċess ta’ separazzjoni.
Kris Bajada, ir-raġel ta’ oħt Simon Busuttil kiteb fuq Facebook rigward l-inċident dak in-nhar tat-13 ta’ Lulju li l-ex mara tiegħu, jiġifieri Diana u missierha li allura jiġi wkoll missier Simon Busuttil daħlu illegalment fid-dar tiegħu u aggredew lil maid li għandha 60 sena.
Kris Bajada u l-mara tiegħu jgħixu maġenb xulxin.
Qed jgħid li aggredew ukoll lilu u persuna oħra li kienet fil-kumpanija tiegħu. Wara ħarġu barra u Diana vvandalizzat il-karozza billi tefgħet ħamrija u qsari kif jixhed ir-ritratt li hi stess tellgħet fuq Facebook fejn talbet lil kulħadd jikkummenta u jixxerja.
Bajada qal ukoll li l-Pulizija arrestaw lil oħt Simon Busuttil. Iżda qabel arrestawha għamlet l-arja u plejtu sħiħ tgħajjat mal-Pulizija u żżeffen lil ħuha fin-nofs.
Din hija il-post ta’ Kris Bajdada.
Comments