Dik solidarjeta’! SĦPN jitkellmu fejn u kif jaqblilhom
Updated: Sep 21
Meta l-PN kien fil-gvern pajjiżna kellu governanza mill-iktar eżemplari u kollox kien isir skont il-meritokrazija. Is-Solidarjeta Ħaddiema PN ma kelliex għalfejn tiftaħ ħalqha fuq xejn. La fuq tal-Kalaxlokk, tat-Tarzna jew Maltacon u l-anqas fuq kif kienu jingħataw ċerti karigi u appointments li kienu jsiru b’meritokrazija stil PN
Per eżempju l-ex Deputat tal-PN Louis Cuschieri jaf x’inhi l-meritokrazija stil PN. Cuschieri kien kandidat mal-PN f’ħames elezzjonijiet ġenerali u kien anki elett fil-Parlament fl-1992.
Iżda fl-1998 ma kienx tela’ iżda l-PN ma ħalliħx b’xejn lit-tifel ta’ Gejtu.
F’eżempju kbir ta’ kif tkun governenza tajba bbażata fuq il-meritokrazija, bejn l-2004 u l-2012 Louis Cuschieri tpoġġa fuq xejn anqas minn 7 bordijiet differenti. Matul dan il-perjodu inħatar fuq diversi bordijiet tal-ETC, fuq bord tal-AirMalta u fuq bordijiet differenti li kienu jaqgħu taħt id-Dipartiment tal-Gvern Lokali.
Fl-ETC l-eks deputat Nazzjonalista kien fil-
Board Fees
, fil-
Board Members Extra Duties
, membru ukoll fir-
Re-Imbursement of Expenses Board
u fl-
Apprenticeship Committee Fees
. B’kollox mill-ETC Cuchieri daħħal €89,000 u tul is-snin il-ħlasijiet li rċieva raw żidiet sostanzjali minn sena għal oħra. Fl-istess ħin minn fost il-membri tal-bord, il-ħlas tiegħu kien dejjem l-ogħla.
Bejn l-2004 u l-2012 Cuschieri nħatar ukoll fuq il-bord tal-kumpanija
Selmun Palace Hotel Company Limited
sussidjarja tal-
Air Malta p.l.c.,
minn fejn daħħal €19,000 oħra. Fl-2006 kompla jinħatar f’aktar bordijiet.
Fil-fatt għal sitt snin sħaħ, Louis Cuschieri serva fuq żewġ bordijiet li jaqgħu taħt id-Dipartiment tal-Gvern Lokali. Tpoġġa Chairman tal-
Local Enforcement System Committee
u nħatar ukoll membru fil-
Local Wardens Disciplinary Board
. Minn dawn iż-żewġ bordijiet Cuschieri tħallas aktar minn €20,000 oħra.
Biex b’kollox l-ex Deputat Nazzjonalista tħallas €130,000 minn gvernijiet differenti mmexxija minn Lawrence Gonzi. Louis Cuschieri għadu sal-lum attiv fil-Kumitat tal-PN tal-Ħamrun waqt li ibnu huwa Kunsllier tal-PN fil-Ħamrun ukoll.
Għal Simon Busuttil dan kollu qiesu ma ġara qatt u jrid li n-nies ma jiftakrux il-ħniżrijiet li ġraw meta huwa kien diħa fil-qalba tal-PN bħala Delegat Speċjali tal-Gonzi u Viċi Kap.
Illum tisma lil Simon Busuttil jippriedka dwar il-meritokrazija, l-onesta, it-trasparenza u l-accountability, iqabbiżlek demgħa.
Comments