Djar tal-ħġieġ, L-Ombudsman tal-Awtorita tal-Ippjanar għandu jirreżenja u jkun investigat
Updated: Sep 21
Informazzjoni li waslet għand l-iSpeaker Anġlu Farrugia qed tallega li l-Ombudsman tal-Awtorita tal-Ippjanar David Pace għandu kunflitt ta’ interess. David Pace kien appuntat Ombudsman mill-amministrazzjoni preċedenti wara li temm il-kariga tiegħu il-Perit Joseph Falzon li ma tantx kien benvist minn GonziPN.
Fl-informazzjoni li waslet għand l-iSpeaker, żvelata mill-Malta Today, qed jingħad li Pace għandu kunflitt ta’ interess għaliex il-kariga li għandu tipprekludih milli jservi f’karigi oħra li m’humiex kompetibbli mal-kariga bħalma hi l-kariga tiegħu.
Ir-rapport jikkwota parti mill-liġi li tipprekludi karigi simili bħal dik ta’ Pace milli jservu f’karigi oħra li m’humiex kompetibbli mal-kariga uffiċjali li għandu.
“The Ombudsman shall not hold any position which is incompatible with the correct performance of his official duties or with his impartiality and independence or with public confidence therein. The Ombudsman shall declare to, and seek the approval of, the Speaker of the House of Representatives to any positions, trusts or memberships which the Ombudsman considers do not affect impartiality, or independence and public confidence, and which it is desired to retain during the term of office.”
Agħfas hawn: Malta Today
Fl-informazzjoni li waslet għand Anġlu Farrugia qed ikun allegat li f’każ ta’ permess partikulari, l-isem ta’ David Pace fuq l-applikazzjoni ta’ bejjiegħ tal-ħut fil-belt biex ibiddel in-natura tal-użu tal-post tiegħu, seta’ intuża biex jagħmel pressjoni fuq id-deċiżjoni tal-Awtorita.
Comments