top of page

Dritt għal ġol ħajt, biex jagħtu raġun lil Alex Torpiano

Archive
Apr 15, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Nhar il-Hadd fis-Sunday Times Alex Torpiano reġa’ kkritika l-Pjazza ta’ Kastilja. Qal li ma togħġbux u qal ukoll li tant hi ddisinjata ħażin li l-faċċata ta’ Kastilja ma tispikkax u n-nies li jkun hemm fil-pjazza ma jiġux diretti lejn dil-faċċata.

Alex Torpiano huwa perit bravu ħafna u kien jiehu ħafna ħafna ħafna ħafna xogħl taħt l-amministrazzjoni preċedenti. Meta ngħid ħafna, ifisser ħafna ta!

Jgħallem l-Universita bħalma tistenna mill-bravi kollha u donnu ma jirtira qatt. Minn hemm rari jirtiraw nies naħseb. Issa biex ngħidilkom il-verita meta nkun dieħel għax-xogħol filgħodu jew ħereġ filgħaxija, il-pjazza tkun diġa’ mimlija nies jew jilgħaqu x-xemx jew turisti jippassiġġjaw u jiġbdu r-ritratti tal-faċċata ta’ Kastilja u jippużaw mal-kanuni jew ħdejn il-funtana biex iġibu Kastilja fl-isfond. Allura ma nafx kif Torpiano l-bravu ħafna qed jgħid li min jidħol fil-pjazza mhux qed ikun dirett lejn il-faċċata maestuża ta’ Kastilja.

Ara nhar il-Ħadd wara nofsinhar min bħal Giovann Bonello u l-bella kumpanija li marru l-mass meeting Nazzjonalista kollha qagħdu wiċċhom iħarsu lejn il-sur ta’ San Ġakbu mhux lejn Kastilja.

Nahseb riedu jagħtu raġun lill-perit espert Alex Torpiano. Imma dawk ta’ nhar il-Ħadd mhux bħan-nies l-oħra li jiġu l-pjazza jilgħaqu x-xemx. Dawk dejjem jirrankaw gas down dritt għal ġol-ħajt. Ma ntihomx tort li ma jħarsux lejn Kastilja.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page