Dritt ta’ risposta: Il-Fakulta’ tal-Liġi tiddefendi lil Therese Commodini Cachia
Updated: Sep 21
Skont il-liġi tal-istampa, qed ngħaddilek dritt għal risposta għad-diversi blogposts ippublikati minnekk. Qed tigi mitlub li bl-istess prominenza tippubblika din ir-risposta u mingħajr ma tibdel xejn:
Peress li l-Università ta’ Malta ssemmiet fil-blogg ta’ Glen Bedingfield, l-istess Università ta’ Malta tiddikjara s-segwenti: “Mhux minnu kif qed jingħad fil-blogg, li Dr Therese Comodini Cachia naqset li tattendi għal 60% tal-lectures jew li ma tatx lectures fit-tieni semester. Mhux minnu lanqas li kellu jiġi ngaġġat lecturer addizzjonali u lanqas hu minnu li tħallset €500 fis-siegħa. Mill-verifiki li saru mill-Università ta’ Malta, jirriżulta li fis-sena akkademika 2014/2015, Dr Comodini Cachia tat 82 siegħa lectures. Dan filwaqt li kienet ukoll kordinattriċi tal-Masters in Human Rights & Democratisation. Apparti l-lectures, Dr Comodini Cachia eżaminat u wettqet superviżjoni fuq numru sostanzjali ta’ teżijiet u assessments ohra. L-Università ta’ Malta tikkonferma u tinsab sodisfatta li Dr Therese Comodini Cachia qed taqdi t-termini kuntrattwali tagħha u qed tkompli taqdi dmirijietha fis-sena akkademika kurrenti wkoll.
Ghoddni dejjem tieghek,
Professur Kevin Aquilina
Dekan,
Fakulta’ tal-Ligi.
Comments