€55,000 u ma jindaħlilha ħadd
Updated: Sep 21
Għadha bilkemm rifset l-għatba tad-Dar Ċentrali u diġa bdiet tagħmel l-għedewwa bl-atitudni tagħha.
L-Ex news editor tat-Times għamlet kundizzjoni li ma jindaħlilha ħadd fix-xogħol tagħha li għalih se tkun qed titħallas €55,000 fis-sena u għandha kuntratt sal-elezzjoni.
Fil-kariga li kellha mat-Times kienet titħallas l-ammont ta’ €45,000 fis-sena. Hija talbet li tavvanza imma ma setgħetx taqbeż is-salarju annwali ta’ Rosette Thake li huwa ta’ €60,000 fis-sena.
Caroline Muscat ma kienetx l-ewwel għażla ta’ Ann Fenech u Simon Busuttil. Kien hemm persuna oħra fil-qasam tal-media u ġurnaliżmu li kienet avviċinata biex tieħu din il-kariga u rrifjutat minħabba l-istat li l-PN jinsab fih bħalissa u għaliex minkejja li din il-persuna hija Nazzjonalista mill-għeruq ma temminx li l-PN jista’ jirbaħ l-elezzjoni u għalhekk ma daħlitx għal din il-kariga.
Comments