€8,000 ghal Vella qabel l-elezzjoni. Skema tal-gvern kisret proceduri dwar art pubblika
Updated: Sep 21
Ftit qabel l-elezzjoni tal-2013 il-Ministeru ta’ Gorg Pullicino qabbad zewg persuni f’position of trust biex joholqu skema msejha Midd idejk fil-Biedja. Wiehed minnhom kien Dr Antoine Vella.
Dawn xoghlhom kien li medda kbira ta’ art gewwa l-qasam sperimentali ta’ l-ghammieri tinghata lil terzi persuni fi bcejjec zghar u jsiru korsijiet ‘hands on farming’. Kull persuna kienet thallas €100 talli tinghata bicca art tal-gvern.
Dr Antoine Vella kien jghallem lil dawk li dahlu ghal din l-iskema kif jizirghu u jghazqu. L-iktar li ghazaq f’dan il-process kien il-Ministru George Pullicino nnifsu li biex jghati l-bcejjec ta’ art, kiser ir-regolamenti tal-gvern, ghaliex l-art hija pubblika u ma setghet qatt tinghata b’ordni Ministerjali.
Izda billi Dr Vella huwa Nazzjonalist, ma fiha xejn hazin li jkun ‘person of trust’ tal-Ministru George Pullicino. Ghalfejn kellhom johorgu sejha pubblika ghal min irid jghallem kif tghazaq meta kellhom lil Vella?
Il-fatt li Antoine Vella huwa Nazzjonalist, kien ukoll jghatih id-dritt li bhala persuna appuntat politikament, jista’ jikkummenta kontra l-Partit Laburista, dak iz-zmien fl-Oppozizzjoni. Ghaliex meta l-PN ikun fil-gvern, il-membri tal-gvern jistghu jikkritikaw, jattakkaw u jghajru lill-Oppozizzjoni. Dan ma jghoddx jekk il-Partit Laburista jkun fil-gvern.
Comments