Edwin Vassallo favur li l-Pulizija jerfgħu idejhom, basta jkunu Nazzjonalisti
Updated: Sep 21
Kun onest Edwin, li kieku l-Pulizija nvolut ma’ kienx Nazzjonalist ħabib ta’ Simon Busuttil kont se tgħid hekk?
Għaliex ma ktibx favur il-Pulizija li għamiltu kruċjata kontra tiegħu tallii fuq Facebook kiteb li Chris Fearne kaxkar lil Claudette Buttigieg waqt debate?
Jiena ġieli rajt Pulizija jarrestaw nies fi protesti u iva jkunu goffi wkoll imma qatt ma rajthom jagħtu bil-ħarta lil ħadd anke meta dawk li jipprotestaw ikunu qed jgħajruhom u jobżqulhom.
X’kont tgħid kieku l-Pulizija kien ħabib tiegħi jew ta’ xi ħadd fil-Labour? Kont turi solidarjeta miegħu? Kun onest.
Jew kont titlob biex jirreżenja għax mhux dehen li jkun fil-Korp? Nistħajlek kont iżżid xi sentenza u tgħid, qed tara taħt il-Labour il-Pulizija jsawwtu n-nies.
Mel’issa jekk tridna nemmnuk u neħduk bis-serjeta li lest turi solidarjeta mal-Pulizija, uri s-solidarjeta tiegħek mal-Pulizija Eugenio Caruana li keċċejtuh mil-Parlament u għid li l-PN kien goff miegħu u taħ bil-ħarta talli kiteb fuq Facebook.
Għax ma turix ukoll solidarjeta mal-Kummissarju tal-Pulizija li tattakkawh sempliċiment għax ma taqblux miegħu.
Comments