Ekonomija soda u futur sabiħ
Updated: Sep 21
Il-bieraħ l-Uffiċċju Nazzjonali tal-istatistika ħareġ bl-estimi tat-tkabbir ekonomiku għal Malta għas-sena 2015. Jidher li t-tkabbir ekonomiku se jkun akbar minn dak previst mill-Istituzzjonijiet Ewropej b’rata ta’ 6.3% illi jfisser li f’Malta l-ekonomija qabdet momentum li diffiċli ħafna li jieqaf sakemm ma jkunx hemm affarijiet straordinarji, fosthom it-tfixkil mill-oppozizzjoni distruttiva li għandna llum.
Wara l-krizi finanzjarja mill-2008 ‘l quddiem ħafna mill-pajjizi madwar id-dinja kienet diffiċli ħafna għalihom li jikbru bir-rata li kiebret Malta. Mhux talli ma kibrux, talli il-prodott gross domestiku tagħhom ċkien. Dan ifisser li jekk il-prodott gross domestiku jonqos, id-dejn jikber minħabba li huwa ratio tal-prodott domestiku gross, inkluz l-ispiza tal-gvern u dak li nsibuh bħala defiċit.
Minħabba dawn il-konsegwenzi, il-pajjizi Ewropej speċjalment taż-żona ewro jkollhom il-Kummissjoni Ewropea issus warajhom, minħabba li jridu jirrispettaw dak li jgħidulu Stability and Growth Pact. Dan ifisser li l-Kummissjoni Ewropea bi qbil mal-pajjizi li jkunu fi problemi, jkolhom jgħollu t-taxxi kemm diretti u indiretti, inaqqsu l-ispiza tal-gvern u jieħdu mizuri temporanji, li meta jidħlu fis-seħħ jibqgħu permanenti, bħal meta tnaqqas l-ispiza fuq l-edukazzjoni u dik tas-saħħa.
Għall-kuntrarju ta’ dan kollu f’Malta għandna gven li rnexxielu jkabbar l-ekonomija tal-pajjiz b’tali mod li l-Kummissjoni Ewropea m’għadiex issus warajna. Dan għaliex l-ekonomija kibret b’mod li d-dejn tal-gvern (ħafna minnu li ħallew ta’ qabel) kif ukoll id-defiċit naqsu b’rata aktar mgħaġġla minn dawk li stennew l-Istitutzzjonijiet Ewropej u dawk Internazzjonali.
Ejja nagħtu kreditu lill-GONZI SIMON PN, li rnexxielhom jimxu bi prudenza wara l-krizi finanzjarja tal-2008, però dan mhux grazzi għalihom, imma grazzi għall-banek u l-istituzzjonijiet finanzjarji tagħna, li l-mudell tagħhom huwa wieħed konservattiv. Il-banek tagħna baqgħu dejjem ikkapitalizzati b’mod tajjeb saħansitra jagħddu minn kull test tal-Bank Ċentrali Ewropew.
Meta tieħu fil-kuntest dak li qed jiġri fil-pajjizi Ewropej u lil’hinn, it-tkabbir ekonomiku tagħhom kien minimu ħafna u pajjizi bħal Greċja saħansitra ċkienu flok kibru. B’riżultat ta’ dan fil-Greċja bdejna naraw protesti minħabba l-awsterità imposta fuqhom.
Ilum għandna gvern li ggarantixxa l-aqwa suċċess fit-tkabbir ekonomiku u f’ħafna setturi fl-ekonomija Maltija. Kull rapport li jsir lokali, Credit Rating Agencies u l-Kummissjoni Ewropea, lkoll jikkonkludu li li Malta għandha futur ekonomiku sabiħ.
Comments