top of page

PNLEAKS: Email lil Gonzi, Busuttil mdorri jimmanuvra mal-EPP

Archive
Apr 3, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

L-aħħar stqarrija ta’ Manfred Weber jikkritika lil gvern Malti fuq iċ-ċuċata ta’ Jason Azzopardi tixhed kemm Simon Busuttil jimmanuvra minn wara dahar il-Maltin biex jipprova jikseb ftit kredibbilta f’pajjiżna. Qiegħed jgħażaq u din id-darba ġibed miegħu lil Kap tal-Partit Popolari Ewropej Manfred Weber, li nfexx f’attakk fuq il-gvern Malti meta fil-fatt, il-gvern Malti m’għandu x’jaqsam xejn fl-istorja bejn ċittadin privat u d-Deputat tal-PN Jason Azzopardi.

Simon Busuttil mdorri jimmanuvra mal-EPP. Email li kien bgħat lil Lawrence Gonzi ftit wara l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew 2009 kien spjega lil Kap tal-Partit tiegħu, lil Kap tas-Segretarjat tiegħu Edgar Galea Curmi u lil Richard Cachia Caruana kif għandhom jieħdu kumitati importanti tal-Parlament Ewropew.

Fl-email bħala Deputat tal-PN lil Kap tal-PN, daħħal ukoll lil Richard Cachia Caruana li ma kellu ebda rwol fil-PN, iżda kien Brussell f’isem il-gvern Malti. Kien jitħallas mit-taxpayer Malti biex jaħdem għall-Partit Nazzjonalista.

Din hija silta minn email, fost sensiela ta’ email li kienu leaked mill-PN li fiha Simon Busuttil qiegħed juri kif għandhom isiru l-manuvri biex jieħu l-kumitat tal-Parlament Ewropew li kien fih Joseph Muscat fil-leġislatura ta’ qabel.

Din hija biss silta ta’ waħda mill-emails.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page