Erġajna koppi, ma kellhomx lil min jużaw
Updated: Sep 21
Ma sabux nies biex jieħdu sehem fil-video promozzjonali għal mass meeting ta’ nhar il-Ħadd u kellhom jinqdew b’impjegati, ex impjegati, membri ta’ fergħat u attivisti qrib Simon Busuttil biex jagħmlu video.
Fost dawk li użaw hemm Nicky Azzopardi li llum jokkupa l-kariga ta’ Vici President fl-MZPN li huwa magħruf għall-arja żejda li jkollu meta jpoġġi bilqegħda wara keyboard. Arja li fil-passat ġabitu fl-inkwiet mal-kbarat tal-Partit Nazzjonalista li fih kien jimmilita bħala ‘helper’ fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew tal-2014.
F’dik l-elezzjoni in-Nicky uża kull tip ta’ metodu sabiex jgħajjar b’modi ħafna drabi dispreġġjattivi lil kull min kien qieghed jappoġġa lill-Partit Laburista. Billi dan ma nizel tajjeb xejn ma’ dawk tal-Uffiċċju Informazzjoni, li għal darba, tnejn, tlieta wissewh sabiex iwassal il-messaġġ tal-partit b’modi oħra, baqa’ jagħmel ta’ rasu u għal xi żmien għosfor. Ma smajnix iktar bih.
Issa għamel come-back u aċċettawh fl-MŻPN, pero ‘old habits die hard’ u old Nicky rega’ lura jitpastaż fuq is-social media. La jara din is-silta, jew xi silta oħra fejn jissemma’ hu jew l-MZPN, (bħalma għamel meta kien hemm inċident tat-traffiku u weħel il-gvern ħabba t-traffic) jisfrena u jerġa jibda jitgħajjar.
Comments