top of page

Esponenti tal-PN għadhom ma rtirawx libelli kriminali minkejja li huma kontra tagħhom

Archive
Apr 16, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Is-sentenza li tat il-Qorti fil-każ ta’ malafama li ressaq ċittadin privat permezz ta’ kwerela fil-konfront tad-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi hija konferma oħra, jekk qatt kien hemm bżonnha, li f’pajjiżna l-liġi hija l-istess għal kulħadd. Bil-kontra ta’ li pprova jimplika l-Kap tal-Oppożizzjoni, il-ġustizzja f’Malta hija amministrata mill-istituzzjonijiet bl-iktar mod indipendenti u imparzjali.

Biex tasal għad-deċiżjoni tagħha, il-Qorti ma kellha bżonn ebda Oppożizzjoni li torganizza follol, tgħajjir u argumenti quddiem il-Qorti. Dan kien aġir li ma jagħmel ebda ġieħ lil min jipprova jippreżenta ruħu bħala l-palladin tal-onestà. Kif qalet il-Qorti stess fis-sentenza tagħha:

“F’pajjiżna m’għandiex Qrati tal-poplu li jiddeċiedu l-kawżi fi Triq ir-Repubblika, fuq iz-zuntier tal-Knisja jew fil-ħwienet tal-merċa….Il-ġudikant mhux qiegħed hemm biex jissodisfa l-għajta ta’ dawk li, ma’ kull sentenza, tarahom jiktbu fil-gazzetti jew f’xi blog fuq l-internet sabiex jikkritikaw kollox u bl-addoċċ għax mingħalihom li saru issa esperti anke fil-liġi u fil-mod kif is-sentenzi għandhom jiġu finalment deċiżi”.

Din is-sentenza tikkonferma li f’Malta m’hawn ebda attakk fuq id-demokrazija jew fuq il-libertà tal-espressjoni kif ipprova jallega Simon Busuttil wara li kien hu stess li uża proċeduri iktar drakonjani kontra l-President tal-Partit fl-Oppożizzjoni. Wieħed jittama li l-Kap tal-Oppożizzjoni jitgħallem mill-iżbalji tiegħu u jibda jġib il-maturità qabel l-partiġjaniżmu.

Wieħed jittama wkoll, issa li l-Kap tal-Oppożizzjoni iddikjara pożizzjoni kontra l-libell kriminali, illi l-libelli kriminali li għad hemm pendenti u li nfetħu minn esponenti tal-PN, ikunu irtirati.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page