Ex impjegat tal-istamperija akkużat b’pedofelija
Updated: Sep 21
Wieħed mill-ex impjegati tal-istamperija tal-PN kien akkużat fil-Qorti li abbuża sesswalment ħames subien ta’ bejn 14 u 17-il sena. Ir-raġel li għandu 66 sena u joqgħod iż-Żejtun kien akkużat li talab pjaċiri sesswali minn subien taħt l-eta’ u li kien jikkorrispondi magħhom online, kien akkużat li kien vjolenti magħhom biex jobdu u li jipparteċipaw f’atti sesswali magħhom u wkoll li qassam materjal pornografiku.
L-avukat tar-raġel li kien impjegat fl-istamperija għal ħafna snin huwa d-Deputat tat-Tielet distrett, Carm Mifsud Bonnici.
Ir-raġel intbagħat sentejn u disa’ xhur ħabs u tpoġġa taħt ordni ta’ trattament għali tliet snin
Comments