Falliet il-mira li jimmobilizzaw il-poplu
Updated: Sep 21
Il-protesta falliet milli tilħaq il-mira li għaliha kienet organizzata. Il-ħoss li għamlu sar minn Nazzjonalisti. B’attivisti jitkaxkru lejn il-Belt b’kull mezz ta’ trasport possibbli. Filgħodu Simon Busuttil qabżitlu meta kien qed jitkellem Bormla.
Mhux l-ewwel darba li taqbiżlu xi waħda. Kien evidenti fil-jiem ta’ qabel il-protesta li l-PN ma kienx se jirnexxilu jilħaq l-iskop li jimmobiliżża lil poplu Malti u għalhekk beda kampanja partiġġjana biex jilgħab fuq is-sentimenti tal-attivisti u Nazzjonalisti antiki bl-użu ta’ Fenech Adami u Guido de Marco fost affarijiet oħra.
Fid-deher kienu qed jippruvaw jagħtu l-impressjoni li din hija protesta nazzjonali, għall-poplu Malti u Għawdxi kollu, iżda malli beda jberraq daret il-qiegħa u intefaw f’kampanja biex jimmobilizzaw l-għeruq tant li l-Ħadd filgħodu Simin Busuttil qa; “Qed insejjah lin-nazzjonalisti ghax jien naf li intom kapaci tqumu fuq saqajkom”
Mbagħad żied jgħid “Jiena nistenna li kull nazzjonalist ta veru iqum u jattendi l-protesta”.
Hekk beda jirreklamaha Simon Busuttil l-attività tal-lum wara nofs in-nhar. Din il-protesta Nazzjonali inbidlet f’farsa Nazzjonali, bil-partitarji tal-Partit Nazzjonalista jorganizzaw il-privates u jhabbtu bieb bieb, ħalli jsalvaw wiċċhom.
Jekk is-sentiment tal-poplu huwa daqsekk b’sahhtu kif qed jgħid il-Kap tal-Oppożizzjoni ma kienx hemm għalfejn kampanja daqshekk qawwija, in-nies kienu jiġu weħidhom kieku kienu daqshekk imdejqin, mhux hekk!!
Comments