top of page

Farsons jagħżlu lil Brikkuni, assoċjati ma’ min jobgħod il-Labour

Archive
Jun 26, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Farsons għażlu lil grupp anti Labour Brikkuni biex jagħtu spettaklu waqt il-Beer Festival ta’ din is-sena li se jsir fl-aħħar ġimgħa ta’ Lulju. Mario Vella il-front man tal-Brikkuni, huwa bniedem li jikteb b’mibgħeda kontra n-nies fuq il-Facebook tiegħu, speċjalment kontra l-Partit Laburista.

Minkejja l-kitba oxxena u vulgari anke kontra l-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż, bħal Prim Ministru u familtu, il-kumpanija Farsons ma tiddejjaqx tkun assoċjata ma’ nies li jesprimu mibgħeda lejn dak kollu li għandu x’jaqsam mal-Prim Ministru, mal-gvern jew il-Partit Laburista.

Normalment, persuni fil-qasam tal-ispettaklu ma jindaħlux fil-politika. Iżda dan Mario Vella jieħu kull opportunita li jsib biex jinsulenta lil kull min b’xi mod ma jaqbilx ma fehmiet tiegħu speċjalment f’każi fejn ikun hemm esponenti tal-Labour jew tal-gvern.

Il-kunċert ta’ Brikkuni waqt il-Beer Festival ta’ Farsons mistenni jsir it-Tlieta 26 ta’ Lulju.

L-aħħar oxxenita ta’ Mario Vella kitibha kontra Michelle Muscat wara li għamlet għawma għal karita u fetħilha bl-aktar mod vulgari u pastaż kontra l-mara tal-Prim Ministru u Joseph Muscat innfisu.

Farsons trid tassoċja ruħha ma’ dawn in-nies.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page