Fatti ġodda li jitfgħu pressjoni fuq Simon Busuttil
Updated: Sep 21
L-istorja tal-Malta Today dwar Mario de Marco qed titfa’ pressjoni kbira fuq Simon Busuttil. Suppost sa issa diġa’ keċċieh għax kien qal li mal-iċken suspett ta’ xi ħaġa ħażina, ineħħi lid-Deputati tiegħu. Iżda la ma neħħiex lil Beppe Fenech Adami ma jistax ineħħi lil Mario de Marco li aċċetta rigal ta’ €34,000 minn għand Pierre Sladden waqt li kien membru fil-Kabinett.
Mela issa Simon Busuttil għandu żewġ problemi bil-Viċi Kapijiet tiegħu. Beppe Fenech Adami għandu irregolaritajiet kbar fil-bini tal-palazz tiegħu fil-Għargħur waqt li issa sar magħruf li Mario de Marco aċċetta rigal ta’ €34,000 waqt li kien Ministru.
Comments