top of page

Fejn jidħlu l-flus, il-PN dejjem għamlu froġa

Archive
Aug 9, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Fuq in-Nazzjon illum ppruvaw joħolqu kontroversja dwar il-proġett taċ-Ċittadella li kien mfaħħar minn kulħadd u li sa ftit taż-żmien ilu kienu qed jiftaħru li kienet idea tagħhom.

Imma bħalma jiġri dejjem, ma jaħmlux li jkun sar proġett tajjeb u għalhekk ffabrikaw storja li l-bieb taċ-Ċittadela sewa €1.5miljun u mhux qed jaħdem. Żbaljati bil-kbir.

L-ewwel nett il-fondi għal bieb taċ-Ċittadella kienu parti mill-fondi Ewropej u għalih intnefqu €398,000 u iktar minn hekk, il-bieb qiegħed jaħdem!

Ix-xogħol sar wara li ngħata tender pubbliku kif stabbilit fir-regoli Ewropej dwar l-użu tal-fondi u li kieku ndenjaw ruħhom jaraw x’kien jgħid il-kuntratt ma kienux jieħdu żball ieħor papali.

L-istima li għamel il-PN dwar kemm sewa’ l-bieb taċ-Ċittadella kienet ta’ miljun ewro aktar milli fil-fatt sewa.

Mhux ta’ b’xejn li fallew pajjiż u partit!

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page