top of page

Fejn qegħdin l-ajruplani li Antoine Borg qed jara neżlin f’Għawdex?

Archive
May 19, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Antoine Borg se jkun il-Ministru tat-Turiżmu ta’ Simon Busuttil. Dan l-aħħar ħolom li kumpaniji tal-ajru low cost qed joperaw minn u lejn Għawdex. F’mistoqsija parlamentari li għamel lil Ministru Edward Zammit Lewis, staqsa biex ikollu lista dettaljata tal-kumpaniji li joperaw Malta u Għawdex u biex ukoll ikun fornit b’informazzjoni dwar kemm jirċievu sussidju.

Meta l-anqas sussidju ma hemm!

Daqs Claudette gwapp.

L-Onorevoli ANTOINE BORG staqsa lill- EDWARD ZAMMIT LEWIS (Ministru għat-Turiżmu):

Jista’ l-Ministru jelenka l-kumpaniji, waħda waħda li joperaw linji tal-ajru

low

cost, l-ammont ta’ sussidju mogħti, sena b’sena mill-2008 sal-2014 u jissegrega l-informazzjoni bejn Malta u Għawdex?

Tweġiba:

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant bis-segwenti;

Li l-linji tal-ajru

low cost

ma jagħmlu l-ebda inzul fil-gzira ta’ Għawdex għal raġunijiet evidenti u per konsegwenza l-ammont ta’ sussidju ma jistax jiġi segregat bejn Malta u Għawdex;

Illi ma jeżisti l-ebda ’sussidju’ hekk kif qed jindika l-abbli Onorevoli Interpellant fid-domanda tiegħu, iżda

‘route development’

jew ‘

strategic marketing support’

;

Illi ‘in ogni caso’ din hija informazzjoni ta’ natura kummerċjali sensittiva ferm għal pajji¿na bħala destinazzjoni turistika u kemm minħabba vinkoli ta’ kunfidenzjalita’ li l-Gvern jew l-MTA għandu mal-linji tal-ajru rispettivi;

Illi ninsab ferm sorpriż kif l-Onorevoli u abbli Interpellant qed jinterponi tali domanda, meta l-prassi dwar is-sensittivita’ tal-informazzjoni rikjesta ġejja mill-Amministrazzjoni preċedenti li llum l-Interpellant jifforma parti minnha bhala Deputat Parlamentari fl-Opposizzjoni u li baqgħet tiġi adottata mill-Gvern preżenti;

Illi wiehed iserraħ moħħ l-Onorevoli Interpellant li l-Gvern qed jaħdem biex iġib l-linji tal-ajru ġodda u kif ukoll biex il-linji tal-ajru gja’ stabbiliti iżidu t-titjiriet minn u lejn Malta ħalli l-Gvern jibqa’ jottjeni aktar

‘records’

hekk kif l-istess Gvern għamel fis-sena 2014.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page