top of page

Fenech Adami, nepotiżmu sfaċċat fid-Dar Ċentrali

Archive
Mar 2, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

L-anqas jistħi jgħajjar lill-Labour bin-nepotiżmu. Beppe Fenech Adami daħħal lil ħuh Michael jaħdem l-istamperija. Michael Fenech Adami kien impjegat mal-PN ftit wara li Beppe Fenech Adami kien elett viċi kap.

Suppost li xogħlu għandu x’jaqsam mal-kordinazzjoni tal-loġistika. Michael Fenech Adami seta’ jkun impjegat wara li tneħħew għadd ta’ impjegati biex ikunu jistgħu jiffrankaw il-flus u jkollhom biex iħallsu lil ta’ Fenech Adami.

Nepotiżmu sfaċċat mill-Oppożizzjoni aħseb u ara meta jkunu fil-gvern!

Fir-ritratt ta’ fuq jidher waqt il-konferenza tal-aħbarijiet din il-ġimgħa fil-Parlament u fir-ritratt t’hawn isfel qed isegwi x-xogħolijiet fid-Dar Ċentrali. X’inhu xogħlu eżatt?

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page