Fiduċja fil-ġejjieni, €45 miljun investiti f’żewġ proġetti ġodda
Updated: Sep 21
L-investituri għandhom fiduċja fil-ġejjieni ta’ Malta għaliex il-Prim Ministru Joseph Muscat għandu kredibbilta kbira f’Malta u fl-Ewropa. Kredibbilta u fiduċja li qed tissarraf f’investimenti ġodda għal pajjiżna u ħolqien ta’ postijiet ġodda tax-xogħol u xogħol tajjeb.
Illum il-Prim Ministru kien preżenti għall-espansjoni ta’ 16,000 metru kwadru fil-fabbrika tal-Playmobil f’Ħal Far b’investiment ta’ €30 miljun fuq perjodu ta’ tlett snin. Dan l-investiment il-ġdid se joħloq 250 impjieg ġdid.
Investiment ieħor ta’ €15-il miljun tħabbar wara xogħol ta’ titjib u tisbiħ tal-lukanda Hilton. Dan huwa ċertifikat ta’ fiduċja fl-istabilita’ u fis-suċċes turistiku ta’ pajjiżna.
B’kollox illum tħabbru żewġ proġetti li bejniethom ifissru investiment ta’ €45 miljun
Comments