top of page

Fl-aħħar qalawha minn fuq l-istonku …

Archive
Feb 25, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Damu biex qalawha minn fuq l-istonku tagħhom u għax ma jistgħux jagħmlu mod ieħor se jappoġġjaw l-Abbozz ta’ Liġi mressaq mill-gvern li jikkriminalizza t-terapija ta’ konverżjoni għal persuni gay.

Sabuha diffiċli biex jiddikjaraw il-pożizzjoni tagħhom. Possibbli hemm min jaħseb li l-omosesswalita hija marda?

Id-diskussjoni bejn il-membri tal-Oppożizzjoni saret wara li kienet għalqet il-konsulazzjoni pubblika, fejn kien hemm ukoll rappreżentanti tal-PN. Illum diffiċli tgħid f’isem min kienu qed jitkellmu dawk il-persuni li attendew għal-laqgħat ġaladarba l-partit ħass li kellu jerġa jiddiskuti biex jasal għal pożizzjoni.

Deċiżjoni meħuda għal konvenjenza politika milli għax verament konvinti minn dak li qed jagħmlu.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page