top of page

Flok ħadet is-siġġu li riedet, tathom tnejn

Archive
May 27, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Il-ġudikant li tat żewġ siġġijiet lil PN, Lorraine Schembri Orland, għamlet żmien riedet siġġu fil-Parlament. Fil-fatt kienet ikkontestat l-elezzjoni mal-PN fl-1992. Flok ħadet dak is-siġġu, tat tnejn lil PN li bihom m’hijiex rispettata il-proporzjonalita tal-maġġoranza għaliex differenza ta’ kważi 36,000 fl-elezzjoni, b’matematika sempliċi għandha tfisser differenza ta’ 9 siġġijiet.

Schembri Orland kienet inħatret ġudikanta mill-amministrazzjoni preċedenti. Dak iż-żmien il-PN ma kienx jgħid li persuni li jkollhom rabtiet politiċi ma jistgħux jinħatru fuq il-bank tal-ġudikatura. BIlli l-persuna msemmija kienet kandidata tal-PN, ma kienu jaraw xejn ħażin. Hija llum li nbidlet l-istorja u l-opinjoni tal-PN.

Għalkemm wieħed għandu jkollu kull rispett lejn il-Qorti li tat is-sentenza, il-Partit Laburista qal li ma jaqbilx b’mod fundamentali mad-deċiżjoni meħuda u se jkun qed jappella minnha, lil hinn mill-appell li ħabbar diġa l-Gvern.

Simon Busuttil għandu jistenna l-eżitu tal-appell qabel jibda jimla l-imħuħ li s-siġġijiet tal-Parlament se jinbidlu fin-numru tagħhom. L-aħħar elezzjoni ġenerali saret taħt sorveljanza tal-Partit Nazzjonalista fil-Gvern u għalhekk huwa redikolu li xi ħadd jgħid li l-Partit Laburista kien responsabbli mit-tfassil ta’ xi riżultat żbaljat.

Fl-appell tiegħu, l-Partit Laburista huwa determinat li r-rieda tal-ikbar maġġoranza storika tkun rispettata u riflessa fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page