Flok jikkundanna lil Toni Bezzina jikkundanna lil One News
Updated: Sep 21
Ma jara xejn ħażin li Toni Bezzina bħala Uffiċjal fil-Ministeru għar-Riżorsi (kif kien msejjaħ fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti) jibgħat ħaddiema ta’ taħtu jaħdmu f’post privat, imma lil Toni Bezzina ma tistax tmur tkellmu fuq il-post tax-xogħol tiegħu.
Allura, flok ikkundanna l-aġir tad-Deputat tiegħu li anke ġiegħel ħaddiema jieġdu ġurament falz, ikkundanna l-aġir ta’ One News għax mar fid-Dipartiment fejn jaħdem Toni Bezzina u pprova jkellmu.
Ir-risposta tal-Perit Bezzina kienet “ma nistax nkellmek għax qiegħed fuq il-post tax-xogħol”.
U dan hu l-attentat tal-ġurnalista Stefan Borg biex jintervista lil Toni Bezzina
Comments