top of page

Flok laqa’ l-isfida ħarab lejn Turin

Archive
Feb 26, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Flok laqa’ l-isfida ta’ Konrad Mizzi w irrepeta barra l-allegazzjonijiet li ghamel fil-Parlament, Simon Busuttil ħarab lejn Turin fejn wasal ftit qabel it-3pm. Nifhmu li mar jara l-logħba tal-football li l-Juventus nhar il-Ħadd fil-għaxija għandhom kontra Inter. (Nispera ma jisħethomx għax kull ma jgħid jiġri bil-kontra).

Ilu ma jidher quddiem il-media minn nhar l-Erbgħa fil-għaxija meta għamel sensiela ta’ allegazzjonijiet u akkużi serji fil-konfront tal-Ministru Konrad Mizzi lejlet l-elezzjoni għal ħatra ta’ Deputat Mexxej.

Kien komdu jinħeba wara l-privileġġ parlamentari flok jerfa’ r-responsabbilta ta’ dak li qal u jiffaċċja l-konsegwenzi. Minflok għażel li jaħrab għal vaganza f’Turin.

Qed ikompli jimxi fuq il-passi ta’ Lawrence Gonzi li l-ġimgħa l-oħra kien San Siro jara lil Inter.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page