top of page

Flok sejjer il-Belt telaq lejn Ruma

Archive
Mar 5, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Il-businessman li allegatament xtara l-informazzjoni biex jattakka lil Konrad Mizzi u Keith Schembri talli ma ħax kuntratt fis-settur tal-enerġija mhux se jiltaqa’ ma’ Simon Busuttil fil-protesta. Għal tmiem din il-ġimgħa kellu pjani oħra u telaq lejn Ruma.

Din il-persuna li tmexxi kumpaija kbira, għamlet snin twal tgawdi mal-amministrazzjoni preċedenti għad għandha kuntatti tajbin fil-PN għalkemm għal xi żmien ipprova jindiehes mal-gvern.

Qed jingħad li għall-informazzjoni ħallas eluf kbar ta’ Ewros u fil-jiem li għaddew qajjem panic wara li l-ġurnal l-Orizzont żvela li kien hemm negozjant wara l-attakki personali fil-konfront tal-Ministru Mizzi u Keith Schembri.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page