F’Malta hawn ix-xogħol għal min irid jaħdem, fi tliet snin 21,000 impieg ġdid
Updated: Sep 21
Sa tmiem Marzu li għadda, in-numru ta’ nies jaħdmu
full-time
tela’ għal 176,368. Dan ifisser li, mill-bidu ta’ din l-amministrazzjoni, kien hemm żieda ta’ 20,956 impjieg
full-time
.
Matul il-ħames snin kollha tal-amministrazzjoni preċedenti t-tkabbir kien ta’ 11,250 impjieg
full-time
. Fi tliet snin l-impjiegi żdiedu kważi darbtejn iktar miż-żieda f’ħames snin sħaħ.
Fl-ewwel tliet snin ta’ din l-amministrazzjoni, kuljum żdiedu 19-il impjieg
full-time
. Din hija tliet darbiet ir-rata ta’ ħolqien ta’ xogħol osservata matul l-amministrazzjoni preċedenti. Mill-bidu tal-amministrazzjoni kien hemm żieda ta’ 18,124 persuna
full-time
mas-settur privat, li jfisser li disgħa minn kull għaxar impjiegi ġodda inħolqu fis-settur privat.
Dan imur għal kollox kontra l-istqarrijiet tal-Oppożizzjoni li t-titjib fil-qasam tal-impjiegi ġej mis-settur pubbliku.
Xi ħaġa jridu jgħidu mhux hekk!
Comments