F’qagħda iddisprata u tidher stressjata
Updated: Sep 21
Hekk tkun ħarsa ta’ xi ħadd iddisprat, imdejjaq u nasal ngħid ukoll frustrat, li teħodha kontra kollox u kontra kulħadd speċjalment jekk b’xi mod jew ieħor ikollok konnessjoni mal-Labour jew mhux fil-klikka ta’ madwar Richard Cachia Caruana.
Biex taċċentwa d-dwejjaq tilbes skur. Dan l-aħħar qed tilbes ħafna iktar skur milli kienet tilbes qabel, fosri għax qed tiintela.
Il-kulur tal-brunġiel li libset il-bieraħ jaqta’ mal-boroż ta’ taħt għajnejha u għandha xeħta ta’ waħda mitluqa, speċjalment bla make-up. Il-mara tidher stressjata.
Qalet li taffordja tilbes msielet kbar għax bil-kontra ta’ ħafna Matin, għandha għonq, nesiet tgħid ukoll li jrid ikollok il-kuraġġ biex tgħid u tippretendi li tkun tal-high class u tilbes dawk l-istil ta’ msielet li jekk jilbishom xi ħadd tal-Labour tgħidx kemm tgħajjarhom ħamalli.
Ta’ spiss tilbes mitluq. Ġieli rajtha l-Qorti jew f’xi okkażjonijiet oħra, ikollha qliezet li jkunu wiesgħa u qosra u trida tal-pulita. Imma fejn jidħol l-iblies, il-vera ma’ tkunx pulita.
U l-għażla tal-kuluri li tilbes u l-qliezet kollha briemeċ li ġieli jkollha huma kollox barra tal-high class.
Mhux kull min jitkellem bl-Ingliż jew għandu ħafna flus huwa high class.
Iċ-ċirku tal-ħbieb tagħha qiegħed jiċkien. Ċertu nies, bħal dawk li kien hemm il-bieraħ fir-restaurant fejn kienet l-anqas marru fuqha biex kellmuha, bgħatulha messaġġ, qalet hi.
Mbagħad kellmithom wara għand Charles Grech fejn il-Laburisti m’humiex milqugħa, skont ma jikteb xi ħadd regolari fuq il-comments board ta’ din il-website.
Comments