top of page

Friday 13 – jiftaħ il-Kunsill Ġenerali Politika tal-Biża’, għax onesti m’humiex

Archive
May 13, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Illum jibda l-Kunsill Ġenerali tal-PN, li għandu t-tema Politika Onesta. Minn kif qed iġibu ruħhom iktar kien jixraq li ġaladarba se jiftaħ illum Friday 13 isemmugħ Politika tal-Biża’.

Kull fejn ikunu jbeżżgħu bil-Labour. Ibeżżgħu li se jintilfu l-impiegi, li se jitlaq l-investiment kollu minn Malta, li l-ambjent se jispiċċa, li mhux se jkun hawn spazju biex nibnu aktar djar, li s-sajjieda mhux se jibqalhom ħut x’jistadu, ibeżżgħu li l-gvern se jiekol lin-nies bit-taxxi, ibeżżgħu b’kollox u b’kulħadd.

Se nisimgħu aktar diskorsi negattivi, li l-Labour jagħmel kollox ħażin. Li dan hu l-agħar gvern li qatt kellha Malta.

Se nisimgħu li taħt il-Labour in-nies qed jimirdu iktar.

Claudette Buttigieg biss jirnexxilha ma tbeżżax lin-nies għax meta titkellem iddaħħak.

(Għas-seduta tal-Ħadd filgħodu se jkun hemm trasport għall-Għawdxin mal-vapur tat-8.15am and it won’t be a ship of fools)

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page