Ġab il-flus lura Malta fis-sena li għalaq il-kumpanija tal-Panama li fiha qal li ma kellux flus
Updated: Sep 21
F’żewġ sentenzi f’paġna 4 il-ġurnal The Times qajjem dubji dwar il-flus li Louis Farrugia ta’ Farsons kellu fil-Panama. Farrugia huwa wkoll direttur mhux eżekuttiv ta’ Allied Group li t-Times hija parti minnu. L-istorja ewlenija fil-ħarġa ta’ The Times tal-bieraħ kienet dwar €150 miljun li kienu rimpatrijati f’Malta matul l-aħħar snin wara amnestiji fit-taxxa għal min iġib f’Malta flus li kellu iddepożitati barra.
It-Times il-bieraħ qalilna li wieħed minn dawk li bbenefika minn waħda minn dawn l-amnestiji lura fl-2005 kien Louis Farrugia li ġab flusu Malta.
Is-sena 2005 hija s-sena li fiha Louis Farrugia għalaq il-kumpanija fil-Panama li kienet infetħet biex timmaniġġja l-propjeta tiegħu. Skont dikjarazzjoni li għamel meta ssemma’ fil-Panama Papers Farrugia kien qal li l-kumpanija ma kienx fiha flus, iżda propjeta.
Madankollu t-Times illum ħabbret li Farrugia ġab lura Malta dawk il-flus li kellu ddepożitati barra u fl-istess sena li ddikjara li għalaq il-kumpanija fil-Panama.
Kellu jew ma kellux flus fil-kumpanija fil-Panama?
Jew kellu iktar minn kumpanija waħda reġistrata offshore?
It-Times għandha fiduċja sħiħa f’Louis Farrugia u ma għalhekk ma tgħamilx ħażin li tispjega.
Comments