top of page

Ġanni ta’ Simon reġa’ kellu l-Qorti

Archive
Feb 24, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Minn nhar il-Ħadd ‘il hawn hekk qed isibuh, Ġanni ta’ Simon, daqs kemm qabeż għalih u għan-nagħaġ tiegħu wara li kien hu li nnegozja l-liġi li permezz tagħha Ġanni ta’ Simon tilef il-merħla billi l-provenjenza tagħha ma setgħetx tkun ivverifikata.

Ma tantx sab ħajt ta’ kenn fil-Kap tal-Oppożizzjoni għaliex wara l-kritika li qala’ fuq id-diskors tal-Ħadd fil-għodu, meta mistoqsi, qal li ma jridx jidħol fil-mertu tal-każ.

Mela l-ewwel inqeda bih, mbagħad ma riedx jagħti każu iktar meta ra kemm waqa’ jew waqqgħuh għaċ-ċajt bid-diskors li qal.

Sadanittant, għalkemm sab il-ħin biex jitkellem fuq Ġanni, Simon Busuttil għadu ma sabx il-ħin jgħid l-opinjoni tiegħu fuq il-gay conversion therapy.

Għadni ma rridx nemmen li Simon Busuttil jaħseb li l-omosesswalita hija marda.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page