Ġanni ta’ Simon reġa’ kellu l-Qorti
Updated: Sep 21
Ġanni ta’ Simon reġa kellu l-Qorti dalgħodu. Minn dik il-waqa’ għan-nejk papali meta kien qed jitkellem fil-każin tal-PN ta’ Ħ’Attard, il-Kap tal-PN ma reġax semma’ dan il-każ. L-ewwel kien qal li Joseph Muscat kien wiegħed lil Ġanni li se jirranġalu kollox, mbagħad irriżulta li Ġanni ta’ Simon fil-fatt qatt ma ltaqa’ mal-Prim Ministru.
Wara din id-dikjarazzjoni, Busuttil qal li ma jridx jidħol fil-mertu tal-każ, iżda dan jirrifletti l-karattru tal-Kap tal-Oppożizzjoni li jaqbad u jfajjar id-diskors bl-addoċċ.
Bħalma qed jagħmel issa fuq Konrad Mizzi u Keith Schembri. Għall-ewwel kien qed jgħajjat, korruzzjoni korruzzjoni u għax ra li n-nies m’hijiex temmnu biddel id-diska u issa qed jgħid li hija kwestjoni ta’ korrettezza.
Comments