top of page

Gejtu Vella irid lill-Labour ineħħi lil Joseph Muscat

Archive
Apr 16, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Fissazzjoni biex ineħħu lil Joseph Muscat minn Prim Ministru u Mexxej tal-Partit. L-Ex Segretarju Ġenerali tal-UĦM Gejtu Vella u s-Segretarju Ġenerali attwali tal-UĦM Josef Vella it-tnejn li huma jridu jeħilsu mil- Joseph Muscat.

Meta kien qed jieħu sehem fi programm fuq Net TV, Gejtu Vella li ntroduċewh bħala Konsulent fuq relazzjonijiet industrijali ta l-idea tiegħu ta’ kif għandu jitneħħa Joseph Muscat.

Ġaladarba qatgħu jieshom mill-vot ta’ sfiduċja, billi l-gvern għandu maġġoranza soda u b’saħħitha fil-Parlament, Gejtu Vella qiegħed jissuġġerixxi li għandu jkun il-Partit Laburista li jneħħi lil Joseph Muscat billi d-delegati jiġbru l-firem, tissejjaħ konferenza ġenerali straordinarja u jittieħed vot ta’ sfiduċja fil-Mexxej. Prosit għalih kemm jaf jgħatihom il-pariri.

Gejtu Vella sar konsulent fuq relazzjonijiet industrijali mal-gvern preċedenti fil-qasam tas-saħħa wara li spiċċa mill-UĦM. Kien ukoll kandidat mal-PN fl-aħħar elezzjoni ġenerali u ma nġabarx. Mbagħad jieħdu għalihom meta tgħidilhom li huma alleati storiċi tal-UĦM. Iriduhiex tal-Indipendenti wkoll.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page